Raġel ta’ 59 sena mir-Rabat Għawdex qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fix-Xewkija t-Tnejn filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-20:10 tat-Tnejn fi Triq it-Taflija, ix-Xewkija, meta r-raġel intlaqat minn karozza tat-tip Peugeot 2016, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 sena miż-Żebbuġ, Għawdex.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifiakt li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.