Raġel ta’ 61 sena sofra ġrieħi gravi wara li tilef kontroll tal-vettura tiegħu u nqaleb f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs fi Triq is-Sebħ, Ħal-Qormi.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħal Qormi marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li sewwieq ta’ 61 sena resideni Ħaż-Żebbuġ għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura – Fiat Uno, li kien qieghed isuq, ħabat ma’ crash barrier u nqaleb.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lill-vittma. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke LL.D li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.