Raġel ta’ 24 sena minn Ħal Qormi weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Marfa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li r-raġel tilef il-kontroll tal-Buggy Polaris RZR li kien qiegħed isuq u nqaleb.
Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.