Illum, għas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, seħħ inċident fi Triq il-Fortizza, Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li serb ta’ 39 sena, residenti San Pawl il-Baħar, waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qed iħott il-ġebel .
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.