Raġel ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu fi Triq Patri G A Bonelli.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa mill-vittma u karozza tal-linja tal-għamla Otokar Vectio misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Tim mediku ta l-assistenza u l-persuna ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.