Raġel ta’ 39 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqeleb bil-mutur li kien qiegħed isuq f’Raħal il-Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30, meta ż-Żabbari tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kawazaki li kien qed isuq u nqaleb.
Immedjatament fuq il-post marru l-pulizija u tim mediku li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.