Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kellu impatt ma’ vettura fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ illum għall-16:00 ta’ wara nofsinhar fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Corsa misjuqa minn ġuvni Sirjan ta’ 27 sena residenti Raħal Ġdid u mutur tat-tip Daelim misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.