Raġel ta’ 61 sena li jgħix il-Mellieħa weġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ vetturi fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar fit-Telgħa ta’ Selmun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn mara ta’ 44 sena li tgħix Wied il-Għajn u vettura misjuqa mill-vittma.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.