Raġel ta’ 47 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed isofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozza fir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:30 tal-Erbgħa filgħaxija, fi Triq Sqaq iċ-Ċawla, ir-Rabat. Jidher li karozza tat-tip Renault Clio misjuqa mill-vittma, ħabtet ma’ karozza oħra tat-tip Renault Scenic misjuqa minn raġel ta’ 41 sena miż-Żurrieq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 47 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.