Raġel ta’ 43 sena weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija fi Triq Ħal Far.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Marsaxlokk u mutur misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.