Raġel ta’ 40 sena minn Birkirkara sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Marsa fil-Marsa.
Minn investigazzjonijiet preliminari jidher li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 40 sena u karozza tat-tip Toyota Starlet misjuqa minn mara ta’ 62 sena mill-Marsa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.