Raġel ta’ 24 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fi Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi.
L-inċident seħħ dalgħodu, għal ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu. Minn stħarriġ preliminari irriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza ta’ tip Hyundai Kona li kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Fontana.
Ir-raġel ta 24 sena ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.