Eritrejan sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-18:00 ta’ filgħaxija fi Triq Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Eritrejan, ta’ 34 sena li jirrisjedi l-Gudja ntlaqat minn vettura Renault Megane, misjuqa minn mara ta’ 34 sena, residenti Ħaż Żabbar.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.