Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien aggredit minn persuna oħra barra ċ-ċentru miftuħ tal-Marsa.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tan-00:30 fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa.
Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u dawk tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel ta’ 61 sena u residenti ż-Żejtun sofra xi ġrieħi meta ġie aggredit minn persuna maskili ta’ nazzjonalità Somala ta’ 31 sena barra l-istess ċentru.
Il-raġel ta’ 61 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi. Raġel ta’ 31 sena li huwa residenti fl-istess ċentru ġie arrestat in konnessjoni mal-każ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.