Raġel ta’ 45 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’San Ġwann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:30 ta’ dalgħodu fi Triq San Mikiel f’San Ġwann meta l-pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna feruta.
Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett fejn sabu lir-raġel mimli bid-demm u ttieħed l-isptar Mater Dei.
Ftit tal-ħin, Libjan ta’ 34 sena li jgħix San Ġwann ta’ ruħu b’idejh lill-Pulizija u mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li r-raġel weġġa’ lil vittma, b’oġġett bil-ponta u ħarab minn fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.