Raġel indarab gravi wara li kien involut f’argument f’Pembroke.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu fi Triq Sir Adrian Dingli kantuniera ma’ Triq Graziella, Pembroke meta ntalbet l-assistenza ta’ tim mediku u l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-vittma, raġel mis-Senegal ta’ 24 sena, kien involut f’argument ma’ raġel ieħor u allegatament sofra daqqiet t’arma li taqta’ u bil-ponta.
Iktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressur.