Illum 6 ta’ Mejju, 2017 għall-ħabta tad-disa’ u nofs, kien hemm bżonn l-assistenza tal-Pulizija fit-Triq Rudolf, Sliema.
Raġel ta’ 70 sena residenti Sliema, sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn rota misjuqa min Polakk li jirrisjedi tas-Sliema.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.