Raġel ta’ madwar erbgħin sena ittieħed l-isptar għall-kura wara li ġarrab ġrieħi f’saqajh wara li waqa’ fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli. Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel gġajnuna lir-raġel.
Kawża tal-ġrieħi li kellu, r-raġel kellu jinġarr minn membri tal-Protezzjoni Ċivili sal-ambulanza hekk kif il-post li waqa’ fih kien inaċessibbli.