Irġiel daħlu jisirqu minn ħanut tal-logħob fir-Rabat, Għawdex, u vittma tagħhom spiċċa raġel li prova jassisti l-mara li taħdem hemm.
Fi stqarrija ntqal li meta ntalbu l-għajnuna l-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li persuni mgħammda u armati b’arma li taqta u bil-ponta kienu daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxiera mara.
Jidher li kien hawn li r-raġel ta’ 65 sena prova jassisti lill-mara, iżda ġie miżmum minn wieħed mill-agressuri. Il-vittma ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief. Il-kaxxiera ma sofriet l-ebda ġrieħi għajr għall-xokk.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin u nħatret inkjesta maġisterjali.