Taljan ta’ 35 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ idu fir residenza tiegħu. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 15.35 fi Triq Wied tal-Imsida.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.