Pyae Sone Aung ta’ 30 sena minn Myanmar qed jiġi rrappurtat nieqes.
Huwa deher l-aħħar nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru, 2017 għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar fuq bastiment.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar Pyae Sone Aung jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anki b’mod kunfidenzjali, billi jċempel fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija li huma 21 224001 jew 119. Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe` Għassa tal-Pulizija.