Raġel ta’ 28 sena min-Nadur Għawdex baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li l-Ħadd fi Triq ir-Rebħa f’Għajnsielem, qiegħed il-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu u kkaġuna ġrieħi gravi fuq żewġ persuni ta’ 24 sena u 43 sena.
Huwa ġie akkużat ukoll li kkaġuna ħsara fuq apparat tal-komunikazzjoni ta’ wieħed mill-irġiel u kiser il-paċi pubblika.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.