Raġel taż’ 42 sena mix-Xagħra ttieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex wara li ħabat bil-mutur tat-tip Honda ma’ karozza tat-tip Renault li kien misjuqa minn mara ta’ 67 sena.
L-inċident seħħa għal ħabta taż 5:45 a.m. fi Triq l-Imġarr Għawdex.
Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Minħabba dan l-inċident it-triq ingħalqet għat-traffiku.