Raġel ta’ 67 sena minn Ħaż-Żabbar indarab gravi wara li ntlaqat minn mutur f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ illum, għal xi t-tmienja ta’ filgħodu fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel ta’ 67 sena residenti Ħaż-Żabbar, weġġa’ wara li ntlaqat minn mutur Peugeot Tweet, misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar ukoll.
L-irġiel ingħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara, ir-raġel ta’ 67 sena ttieħed lIsptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.