Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur fin-Naxxar.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-8:40 ta’ filgħaxija fi Triq Tul il-Kosta fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, raġel li għandu 34 sena minn Ħaż-Żebbuġ, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, laqat il-bankina u waqa’, bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi. Jidher li l-mutur tat-tip Yamaha MTM850 kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn San Ġiljan meta seħħ l-inċident. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.