Ingliż ta’ 34 sena inqatel minn sparatura fl-Alpi Franċiżi waqt li kien qed isuq rota fl-inħawi ta’ Montriond, viċin il-fruntiera tal-Iżvizzera. Jidher li kien kaċċatur ta’ 22 sena li spara fuq il-vittma.
Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-vittma kien għaddej min trejqa popolari ferm għal dan it-tip ta’ sport meta ntlaqat minn tiri sparati mill-kaċċatur żagħżugħ. Dan tal-aħħar ittieħed l-isptar biex jingħata l-kura għall-istat ta’ xokk li kien jinsab fih.
L-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin fi Franza kkonferma l-mewt tal-Ingliż, filwaqt li infetħet inkjesta dwar il-qtil tiegħu.