Ingliż ta’ 52 sena, li joqgħod Ħal Balzan tilef ħajtu wara li mtela’ bl-exhaust waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’xi karozzi f’garaxx fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:30 ta’ waranofsinhar, fi Triq l-Iżbark tal-Franċiżi.
Ir-raġel instab mitluf minn sensieh.
Fuq il-post mar tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.