Niġerjan ta’ 54 sena, tilef ħajtu wara li ġie attakkat minn barri, f’razzett li kien qed jaħdem fih, fi Triq Ħal Tarxien fil-Gudja.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-21:00 ta’ filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, iżda huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Antonie Agius Bonniċi ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.