Raġel ikkommetta suwiċidju b’bomba quddiem l-Qorti Suprema tal-Brażil wara li pprova jidħol fil-bini. Dan qed iqajjem tħassib dwar is-sigurtà fil-pajjiż hekk kif kollox jinsab lest biex ħamest’ijiem oħra jiġu ospitati l-mexxejja globali ewlenin fl-ekonomija.
L-isplużjonijiet seħħew ftit jiem qabel mal-kapijiet tal-istat tal-G20 jiltaqgħu f’Rio de Janeiro, segwiti minn żjara statali fil-kapitali, Brażilja, mill-President Ċiniż Xi Jinping.
L-ewwel minn żewġ splużjonijiet seħħet l-Erbgħa filgħaxija f’parkeġġ qrib il-bini tal-qorti u t-tieni splużjoni seħħet sekondi wara quddiem il-qorti, fejn instab il-katavru tar-raġel.
Il-pulizija qalu li ma kienux identifikaw r-raġel mejjet minħabba biża li seta’ kellu aktar splussivi fuqu filwaqt li l-viċi Gvernatur tad-Distrett Federali qalet li kienu qed jittamaw li kien reat ta’ bniedem qed jaġixxi waħdu.
L-isplużjonijiet seħħu fl-istess sit li fit-8 ta’ Jannar tas-sena l-oħra segwaċi tal-eks President Jair Bolsonaro kienu ddevastaw il-binja biex jipprotestaw t-telfa elettorali tiegħu.