Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4.45, il-Pulizija sabu ġuvni ta’ 22 sena residenti r-Rabat mitluf minn sensih.
Għaldaqstant, fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet mal-wasla tiegħu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Vella LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.