Raġel ta’ tmienja u għoxrin sena miet fi sparatura fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Vancouver fil-Kanada.
L-allegat aggressur ħarab f’karozza ma’ numru ta’ persuni oħra, waqt li baqa’ jispara lejn il-karozza tal-Pulizija li kienet qed issuq warajhom.
L-isparatura saret biswit is-sala tat-tluq fl-ajruport fil-preżenza ta’ bosta li kienu ħa jħallu l-pajjiż.
L-ajruport jinsab miftuħ wara li għalaq għal xi ħin wara l-isparatura.