Joseph Sammut qed jiġi mfittex mill-Pulizija fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’messaġġ pubbliku fuq Facebook, il-Pulizija appellat biex kull min għandu informazzjoni dwar dan ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 23/2024.