Il-pulizija rnexxielha tarresta raġel li kien imfittex minnha allegatament b’rabta ma’ attività kriminali.
Ir-raġel kien iċċirkondat minn tlett vetturi tar-Rapid Intervention Unit fi Triq ir-Rebħa ftit qabel ma daqqu l-ħdax u nofs ta’ bil-lejl.
Wara li ġie mmanettjat, il-pulizija wettqu tfixxija fuq persuntu u wara ttieħed il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.