Raġel weġġa’ serjament wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq pannelli fotovoltajiċi fuq bejt ta’ fabbrika fil-Qasam Industrijali tal-Marsa.
Il-Pulizija qalet li ġiet mgħarrfa bil-każ għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.