Taljan ta’ 35 sena li jgħix Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li ntlaqat minn mutur f’San Ġiljan waqt li kien qed isuq e-scooter.
Il-pulizija qalet li s-sewwieq tal-mutur ħarab minn fuq il-post.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Manuel Dimech.
Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.