Raġel ta’ 27 sena, residenti s-Sannat, weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ dalgħodu, fi Triq ir-Rabat, ix-Xagħra.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 75 sena residenti r-Rabat, Għawdex, u mutur Honda misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku fejn umbgħad ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin