Niġerjan mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar b’rabta mal-każ tal-allegat frodi magħruf bħala ‘romance fraud’.
Il-persuna kienet identifikata minn aktar investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija tad-Distrett u dawk mis-Sezzjoni ta’ Kontra ir-Reati Ekonomiċi.
Hu ser jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo.
B’rabta ma’ dan il-każ diġà tressqu ħames persuni li wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom iżda baqgħu jinżammu arrestati.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/02/08/5-persuni-jinzammu-arrestati-fuq-hasil-ta-flus-li-allegatament-hadu-minghand-anzjana-1/