Raġel ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar, qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn vettura tat-tip Kia Ceed u vettura tat-tip Suzuki Samurai li kienet misjuqa minn raġel ta’26 sena residenti San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00a.m fi Triq is-Salina, limiti tan-Naxxar.
Iż-żewġ xufiera ttieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Ir-raġel ta’ 26 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.