Irlandiż ta’ 23 sena ġie arrestat fl-inħawi ta’ Buckinghamshire, l-Ingilterra, b’rabta mal-mewta traġika ta’ 39 persuna fi trakk f’Essex ġimgħat ilu.
Il-Pulizija ta’ Essex qalet li hu mistenni jinżamm arrestat ukoll b’rabta ma’ traffikar tal-bedmin. Id-39 persuna li nstabu bla ħajja fit-trakk kienu lkoll turisti mill-Vjetnam. Fost dawn kien hemm żewġ persuni taħt l-età.
Ix-xufier, Maurice Robinson ta’ 25 sena, qed jaffaċċja 39 akkuża ta’ qtil.
Ritratt: PA Media