Il-Pulizija f’ Londra arrestat raġel ieħor suspettat li kien hu li wettaq l-attakk tal-ġimgħa fuq ferrovija ta’ taħt l-art f’Londra.
Ir-raġel ta’ 21 sena ġie arrestat f’Hounslow, fil-punent ta’ Londra s-sibt filgħaxija taħt l-Artikolu 41 tal-Att dwar it-Terroriżmu.
Huwa ġie ttrasferit lejn stazzjon tal-pulizija fin-nofsinhar ta’ Londra, fejn għadu qed jinżamm taħt kustodja.
Fil-mument qiegħed jinżamm ukoll mill-awtoritijaiet raġel ta’ 18-il sena. Iż-żagħżugħ ġie arrestat fil-port ta’ Dover aktar kmieni fil-ġurnata tas-sibt fuq suspett li seta’ kien hu l-aggressur li wettaq l-attakk f’Parsons Green.
Sadannitant in-numru tal-midruba tela’ għal mill-anqas tletin persuna.