Fl-istess awla, f’seduta ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, Missier, ta’ 42 sena u residenti f’Ħal Luqa, li ġie arrestat fir-residenza tiegħu lbieraħ filgħaxija, ġie mixli li weġġa’ lill-eks sieħba tiegħu li għandhom tlett itfal flimkien.
Minbarra dan, f’ċirkustanzi oħrajn, huwa hedded lill-vittma.
Wara li s-smiegħ ġie sospiż għal ftit ħin biex l-avukati jkunu jistgħu jikkonsultaw, l-akkużat wieġeb ħati.
Il-Maġistrat, wara li kkunsidrat is-sottomissjonijiet kollha, sabitu ħati taż-żewġ akkużi, iżda illiberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reati oħra fi żmien 3 snin.
Barra minn hekk, ħarġet ordni ta’ garanzija ta’ €2,000 fuq 18-il xahar u ordnatlu biex ma jdejjaqx lill-vittma.