Raġel għarwien qatel erba persuni f’ ‘Waffle House’ fl-Istati Uniti.
Ir-raġel daħal fil-ħanut fiż-żona għal ħabta tat-tlieta u nofs ta’ dalgħodu, ħin lokali u hemm hekk fetaħ in-nar b’ arma ‘semi-automatic’.
Erba’ persuni oħra sfaw midruba filwaqt li wieħed mill-klijenti fil-ħanut irnexxielu jieħu l-arma minn idejn ir-raġel li mbagħad telaq minn fuq ix-xena tar-reat bil-mixi.Il-Pulizija filfatt għaddejja bi tfittxija għas-suspettat identifikat bħala ‘persuna ta’ nteress’.
Il-Pulizija qalet lill-agressur kien għarwien, iżda mbagħad liebes ġaketta ħadra.