Rittman Hatherly ta’ sitta u tletin sena mill-Furjana ġie akkużat li seraq madwar ħamest elef ewro mill-uffiċini tal-Kunsill Lokali tal-Gżira wara li għamilha ta’ purtinar mal-iskrivana tal-istess Kunsill.
Ir-raġel, li kellu jieqaf mix-xogħol preċedenti minħabba raġunjiet ta’ saħħa, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba minħabba li l-imputat hu riċediv u anke għandu l-vizzju tad-droga.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Maġistrat Nadine Lia ordnat biex l-imputat jinżamm arrestat u talbet lid-Direttur tal-Ħabs biex Hatherly jingħata l-għajnuna meħtieġa.