Raġel ta’ 32 mill-Maċedonja li joqgħod San Ġiljan ġarrab ġrieħi ħfief wara li x-xarabank li kien riekeb fuqha kellha impatt ma’ xarabank oħra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:45 ta’ filgħodu fi Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan.
Huwa ttieħed l-isptar għal aktar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.