Raġel ta’ tnejn u sittin sena mill-Mellieħa miet wara li waqa’ t-taraġ ta’ residenza fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra u kwart fi Triq Pietru Pawl Caruana meta r-raġel waqa’ t-taraġ waqt li kien qed iniżżel xi affarijiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassistu.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.