Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jistrieħ fuq ċint.
L-aċċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ dalgħodu fi Triq Dragunara f’San Ġiljan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post assista tim mediku u r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.