Vuk Milic Serb ta’ 22 sena, wieġeb mhux ħati li qatel lil Jesmond Gatt f’Monte Karmeli.
Dan hekk kif fl-aħħar jiem il-Pulizija rċeviet informazzjoni mill-amministrazzjoni tal-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi, li raġel li kien qiegħed jinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli, tkellem ma’ uffiċjal tal-Aġenzija, dwar l-involviment tiegħu f’omiċidju.
Minnufih is-Serb ġie arrestat fejn il-każ jittratta l-mewt ta’ Jesmond Gatt ta’ 54 sena li f’Lulju li għadda, kien iddaħħal l-isptar Mater Dei f’qagħda kritika wara li kien fit-taqsima Forensika tal-isptar Monte Karmeli, flimkien ma’ żewġ persuni oħra.
F’April li għadda, Jesmond Gatt wieġeb mhux ħati li allegatament ta n-nar lil bieb ta’ barra ta’ dar fil-Ħamrun li fiha, kien hemm anzjana.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija kienu għadhom għaddejjin, wieħed minn dawn iż-żewġ persuni tkellem dwar l-involviment tiegħu.
Aqra aktar: