Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar erba’ sulari minn gallarija.
Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq San Franġisk, San Ġwann.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel li lidentità tiegħu għadha mhix magħrufa, weġġa’ wara li waqa’ madwar erba’ sulari minn gallarija ta’ residenza.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Dr Antione Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI