Raġel min-Nepal ta’ tlieta u tletin sena jinsab fil-periklu tal-mewt u Ċiniż ta’ tnejn u tletin sena ndarab gravi wara li sofrew xi ħruq waqt li kienu qed jaħdmu fi kċina ta’ stabbiliment tal-ikel fir-Rabat Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu u fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa lill-irġiel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgitte Sultana li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.