Taljan ta’ disgħa u ħamsin sena minn Birżebbuġa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ travu fuq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart tat-Tnejn wara nofshinar fi Triq Lapsi.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia, li fetħet inkjesta Maġisterjali u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.